Malti
Latrobe Community Health Service (Servizz tas-Saħħa Komunitarja f’Latrobe) joffri kura tas-saħħa lil kulħadd fil-komunità. M’hemmx ħlas għall-biċċa l-kbira tas-servizzi.
Latrobe Community Health Service (Servizz tas-Saħħa Komunitarja f’Latrobe) joffri kura tas-saħħa lil kulħadd fil-komunità.
M’hemmx ħlas għall-biċċa l-kbira tas-servizzi. F’xi każi jista’ jkun hemm ħlas żgħir.
Irriduk li tkun milqugħ/a hawnhekk, anke jekk l-Ingliż mhix l-ewwel lingwa tiegħek jew ġej/ġejja minn sfond kulturali differenti. Jekk ikollok bżonn għajnuna b’saħħtek, aħna ngħinuk u nagħmluk tħossok komdu/komda.
Is-Servizzi tagħna
Għandna tabib kliniku li jipprovdi:
- Pariri ġenerali ta’ kura tas-saħħa għall-familja
- tilqim
- immaniġġjar ta’ mard bħad-dijabete
Xi wħud mis-servizzi l-oħra li noffru jinkludu:
- dentist
- għajnuna għall-anzjani biex jibqgħu f’darhom
- għajnuna għal dawk li jkollhom diżabilità
- għajnuna għal dawk li jieħdu ħsieb xi ħadd li jkollu diżabilità
- pariri li jgħinuk biex traqqad u titma’ lit-tarbija tiegħek
- sapport finanzjarju ta’ emerġenza biex tħallas il-kontijiet jew biex issib fejn toqgħod f’emerġenza
- pariri personali – xi ħadd biex titkellem miegħu/magħha dwar il-problemi li jkollok u kif tħossok
Interpreti
Aħna nistgħu nipprovdu interpretu kull darba li tuża s-servizzi tagħna. M’hemmx ħlas.
Latrobe Community Health Service iħarreġ lill-ħaddiema biex jaħdmu ma’ nies minn sfond differenti. Nisimgħu dak li tgħidilna u nittrattawk b’mod tajjeb.
Ikkuntattjana
Ċempel 1800 242 696 biex tagħmel appuntament. Tista’ tibgħat ukoll email f’ info@lchs.com.au